|
Matul il-gimgha, fil-pagna tal-bidu tal-website tal-Media Centre, jidher artiklu differenti kuljum, mill-harga ta' il-GENSillum ta' din il-gimgha. Aghfas il-buttuna 'Media Centre' fil-kolonna fuq ix-xellug biex tidhol fil-pagna.
Mill-Ittri taghkom lill-Editur Kuljum inxandru ittra differenti mill-qarrejja ta' il-GENSillum. Min jixtieq jibghat xi kumment jew suggeriment lill-editur jista jibghatha f ghamla ta e-mail lil gens@mediacentre.org.mt
Ir-religjon hija haga privata? Sur Editur, Fid-diskussjoni dwar id divorzju, wiehed mill argumenti li spiss jinstema’ hu li min ma jemminx, ghandu jkollu access ghad-divorzju u min hu Nisrani jkompli jghix twemminu u ma jirrikorrix ghad-divorzju. Nibza’ li dan it-tip ta’ ragunar qed jirrilega r-religjon ghal xi haga individwali u privata, li assolutament m’huwiex il-kaz. Ir-religjon m’hijiex xi haga tad-dinja l ohra biss, izda hija xi haga ta’ din l-art ukoll. Ir-religjon hi realta’ li nghixuha flimkien fi hdan komunita’. Din twassal biex timmotiva u tixpruna lil kull prattikant ghall-impenn fis socjeta’. Ir-religjon tiskomodana u tisfidana biex ma nibqghux siekta u dizattivi. Jien nifhem li ghalkemm Knisja u Stat huma totalment distinti u separati minn xulxin, ir-religjon u l-politika m’humiex. Dan ghaliex it-tnejn jinteressahom mill-bniedem, mill-akbar gid tieghu, u mill hajja tieghu flimkien ma’ l ohrajn. Anzi nistghu nzidu nghidu wkoll, li t-tnejn li huma jridu jkunu dejjem immexxija mill-verita’. Ir-religjon bhall-politika m’hijiex xi haga privata, li nghixha wahdi, izolat mill ohrajn. Il-politika u r religjon hi realta’ li wiehed jghix u jipprattika fis-socjeta’, fil-polis fejn jghix, ghall-gid ta’ l-individwu nnifsu u ghall-gid ta’ l-istess socjeta’. Ghalhekk b’xi mod nistghu nghidu li n Nisrani prattikant hu politiku impenjattiv u l-politiku huwa l bniedem ta’ fidi u tama attiva. Ghaldaqstant, ikun qed jaghmel dmiru l-Kattoliku, hi x’inhi l-professjoni u l vokazzjoni tieghu, meta jippartecipa fid-diskussjonijiet li jqumu fil-pajjiz, mhux biss billi jippronunzja ruhu, izda fuq kollox billi jwassal fehmtu mdawla minn twemminu ghax dan hu ta’ beneficcju kbir ghall-istess komunita’ u s socjeta’.
Haz-Zebbug Dun Joseph Mizzi

|
|
|
|
|
Id-Dipartiment Il-GENSillum
Il-gazzetta 'Il-GENSillum' tohrog kull nhar ta' Sibt u tinbigh mill-hwienet bil-prezz ta' €0.42 (LM0.18-il centezmu) kull kopja.
Abbonamenti Wiehed jista' wkoll jabbona ghal perijodu ta' zmien u jibda jircievi l-Gazzetta bil-posta, id-dar. L-abbonament ghall-gazzetta jista' jsir ghal sena shiha, kif gej:
Sena shiha (52 harga) - €23.39 (Lm10.00)
Meta jsir dan il-hlas, l-abbonat jircievi l-Gazzetta bil-posta, id-dar.
Min jixtieq jaghmel reklam fil-gazzetta, jista' jmur: Reklamar
|
|
|
|