|
(parti mill-hanut "il-Qarrej Nisrani" f'Birkikara, li turi ghazla ta' pjaneti u lbies tas-sacerdoti flimkien ma' oggetti li jintuzaw fil-quddiesa).
Dan il-hanut ghandu vantaggi kbar fuq l-ohrajn li kienu jezistu qabllu, ghax joffri hafna aktar spazju lill-klijenti, ghandu tradizzjoni twila ta' bejgh ta' kotba u oggetti religjuzi u fuq kollox jista' jintlahaq aktar malajr ghax hu qrib hafna t-terminus tal-karozzi tal-linja.
Dan il-hanut jinsab f'Nru. 167, Triq il-Wied, Birkirkara.
Ta' min isemmi li f'dan il-hwienet jinsabu ghall-bejgh il-kotba ippublikati fi hdan il-'Klabb Qari Nisrani'. Il-Klabb Qari Nisrani, li ilu mwaqqaf mill-1982, jjippubblika minn hamsa sa sitt kotba fis-sena, kollha ta' ispirazzjoni Nisranija u bil-Malti. Kif wiehed jista' jara mill-isem, il-Qarrej Nisrani, wiehed isib fost affarijiet ohra, ghazla kbira ta' kotba b'temi religjuza jew socio-edukattiva. Hafna minn dawn il-kotba huma mahruga mid-dar tal-Pubblikazzjoni tal-Media Centre u mill-KQN - il-Klabb Qari Nisrani. Ma' dawn wiehed isib wkoll kemm kotba mixtrija mis-suq lokali kif wkoll kotba ohra li l-Media Centre jimporta apposta minn djar kbar internazzjonali. Minbarra kotba, il-hwienet huma l-post idejali fejn wiehed isib wkoll ghall-bejgh affarijiet bhal: Hwejjeg u Oggetti Liturgici - Pjaneti, Albi, Stejjel, Teki, Kalcijiet u hafna affarijiet ohra. Hafna minn dan ix-xoghol huwa prodott tal-Kumpanija Internazzjonali maghrufa Slabbinck li taghha ahna rapprezentanti. Posters u Kartolini - Jinsabu posters b'messagg religjuz, mitluba hafna kemm minn katekisti kif ukoll minn nies f'diversi strati tal-hajja. Il-varjeta' ta' kartolini li wiehed isib huma addattati ghal kull okkazjoni mit-twelid sal- mewt. Maghrufin hafna ghall-ghazla li noffru f'okkazzjonijiet bhal Ordinazzjoni, Anniversarji - kemm qassisin kif ukoll sorijiet, kif ukoll ghall-okkazjonijiet specjali. Ikoni, Statwi, etc - Noffru varjeta' ta' Ikoni Griegi, Bulgari u Taljani mahduma fuq il-bronz, injam jew fidda. kif ukoll statwi religjuzi ta' kull tip, ghal kull okkazjoni. Minbarra dawn wiehed ukoll ghandu jsib varjeta' ta' kuruni, plakek, slaleb u affarijiet ohra religjuzi li huma addattati bhala rigali.
Ghal dettalji dwar xi kotba u oggetti li jinsabu ghall-bejgh f'dan il-hanut, aghfas fuq dawn il-kliem:Media Centre - Mill-hwienet Il-Qarrej Nisrani'

|
|